Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-16 ta’ Marzu 2018 – KN vs Minister for Justice and Equality

(Kawża C-191/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KN

Konvenut: Minister for Justice and Equality

Domandi preliminari

Fid-dawl:

tan-notifika mwettqa mir-Renju Unit skont l-Artikolu 50 TUE;

tal-inċertezza fir-rigward tal-arranġamenti li ser jiġu implimentati bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit biex jiġu rregolati r-relazzjonijiet tagħhom wara t-tluq tar-Renju Unit mill-UE; u

tal-inċertezza konsegwenti dwar sa liema punt KN, fil-prattika, ikun jista’ jgawdi d-drittijiet tiegħu mogħtija mit-Trattati, mill-Karta jew mil-leġiżlazzjoni rilevanti, fil-każ li jiġi kkonsenjat lir-Renju Unit u jibqa’ l-ħabs wara t-tluq tar-Renju Unit mill-UE,

Stat Membru li jirċievi talba għal konsenja huwa obbligat, skont id-dritt tal-Unjoni Ewropea, li jiċħad il-konsenja lir-Renju Unit ta’ persuna li hija s-suġġett ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, li l-konsenja tagħha tkun, f’ċirkustanzi oħra, obbligatorja taħt id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru,

fil-każijiet kollha?

f’ċerti każijiet, b’teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ?

fl-ebda każ?

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun dik mogħtija taħt il-punt (ii), liema huma l-kriterji jew il-kunsiderazzjonijiet li qorti fl-Istat Membru li jkun irċieva talba għal konsenja għandha tevalwa sabiex tiddetermina jekk il-konsenja hijiex ipprojbita?

Fil-kuntest tat-tieni domanda, il-qorti fl-Istat Membru li jkun irċieva talba għal konsenja hija obbligata tipposponi d-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew sabiex tistenna ċarezza ikbar dwar is-sistema legali rilevanti li għandha tiġi implimentata wara li l-Istat Membru rilevanti li jkun irċieva talba għal konsenja jkun ħareġ mill-Unjoni

fil-każijiet kollha?

f’ċerti każijiet, b’teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ?

fl-ebda każ?

Jekk ir-risposta għat-tielet domanda tkun dik mogħtija taħt il-punt (ii), liema huma l-kriterji jew il-kunsiderazzjonijiet li qorti fl-Istat Membru li jkun irċieva talba għal konsenja għandha tevalwa sabiex tiddetermina jekk hijiex obbligata tipposponi d-deċiżjoni finali dwar l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew?

____________