Language of document :

Appell ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2023 minn Bimbo, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-24 ta’ Mejju 2023 fil-Kawża T-509/22, Bimbo vs EUIPO – Bottari Europe (BimboBIKE)

(Kawża C-473/23 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Bimbo, SA (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, abogado)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tas-7 ta’ Novembru 2023, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx ammess u li l-appellanti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________