Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta' Novembru 2011 - S & S Szlegiel Szlegiel i Wiśniewski vs UASI - Scotch & Soda (SODA)

(Kawża T-590/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: S & S Piotr Szlegiel Jacek Szlegiel i Robert Wiśniewski sp. j. (Gorzów Wielkopolski, ir-Repubblika tal-Polonja) (rappreżentant: R. Sikorski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Scotch & Soda BV (Hoofddorp, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-25 ta' Awwissu 2011, fil-Każ R 1570/2010-2;

tiċħad l-oppożizzjoni Nru B1438250 fl-intier tagħha;

tordna lill-konvenut jirreġistra t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "SODA", għal prodotti fil-klassi 25 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 697085

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja Nru 3593498 tat-trade mark verbali "SCOTCH & SODA", għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress illi l-Bord tal-Appell naqas milli: (i) jistabbilixxi li kien hemm biżżejjed differenzi viżivi, fonetiċi u kunċettwali bejn it-trade marks, b'mod partikolari fir-rigward tal-analiżi tiegħu tat-tifsiriet kunċettwali tat-trade marks; (ii) jidentifika b'mod xieraq u janalizza l-element dominanti tas-sinjali kkontestati; u (iii) jikkunsidra b'mod xieraq il-livell ta' attenzjoni tal-konsumatur medju tal-kategorija ta' prodotti kkonċernata.

____________