Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2013 – Przedsiębiorstwo Handlowe Medox Lepiarz Lepiarz vs UASI – Henkel (SUPER GLUE)

(Kawża T-591/11) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SUPER GLUE – Trade mark Benelux verbali preċedenti SUPERGLUE – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Przedsiębiorstwo Handlowe Medox Lepiarz Jarosław Lepiarz Alicja sp. j. (Jaworzno, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Konieczyński u I. Kubiec, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Henkel Corp. (Gulph Mills, Pennsylvanie, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Rohnke u M. Jacob, avukati)SuġġettRikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Settembru 2011 (Każ R 1147/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Henkel Corp. u Przedsiębiorstwo Handlowe Medox Lepiarz Jarosław Lepiarz Alicja sp. j.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Przedsiębiorstwo Handlowe Medox Lepiarz Jarosław Lepiarz Alicja s

p. j. hija kkundannata għall-ispejjeż.