Language of document : ECLI:EU:T:2013:427





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Settembru 2013 —
Anbouba vs Il‑Kunsill

(Kawża T‑592/11)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Oneru tal-prova — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 26)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Deċiżjoni jew regolament li, fil-mori tal-kawża, jissostitwixxu l-att ikkontestat — Element ġdid — Estensjoni tat-talbiet u tal-motivi inizjali (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punti 30, 31)

3.                     Rikors għal annullament — Atti li jistgħu jiġu kkontestati — Kunċett — Atti ipotetiċi li għadhom ma ġewx adottati — Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 33, 34)

4.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Dikjarazzjoni astratta — Inammissibbiltà — Riferiment għall-annessi kollha — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 37, 72)

5.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet fundamentali — Preżunzjoni ta’ innoċenza — Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja — Kompatibbiltà mal-imsemmi prinċipju — Kundizzjonijiet (Artikolu 6(1) TUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48(1); Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/522/PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 442/2011, kif emendat bir-Regolament Nru 878/2011, Artikolu 14(4)) (ara l-punt 40)

6.                     Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja — Deċiżjoni ta’ ffriżar ta’ fondi — Regoli dwar il-produzzjoni tal-provi — Użu ta’ preżunzjonijiet — Ammissibbiltà — Natura konfutabbli — Ksur tad-drittijiet tad-difiża — Assenza (Artikolu 6(1) TUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(2)(a); Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/522PESK, Artikolu 5; Regolament tal-Kunsill Nru 442/2011, kif emendat bir-Regolament Nru 878/2011, Artikolu 14(2) u (4)) (ara l-punti 45‑48, 50‑52)

7.                     Proċedura ġudizzjarja — Produzzjoni tal-provi — Terminu — Preżentata tardiva tal-proposti ta’ provi — Kundizzjonijiet (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 48(1)) (ara l-punti 59, 60)

8.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja — Obbligu ta’ komunikazzjoni tal-provi kontra — Portata (Artikolu 6(1) TUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 41(2)(a) u 47; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/522PESK, Artikolu 5; Regolament tal-Kunsill Nru 442/2011, kif emendat bir-Regolament Nru 878/2011, Artikolu 14(2)) (ara l-punti 80‑82, 86‑88)

9.                     Rikors għal annullament — Motivi — Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Raġuni distinta minn dik li tirrigwarda l-legalità fil-mertu (Artikoli 263 u 296 TFUE) (ara l-punt 93)

10.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Miżuri restrittivi kontra s-Sirja — Iffriżar ta’ fondi ta’ persuni, entitajiet jew organi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja — Deċiżjoni li taqa’ f’kuntest magħruf mill-persuna kkonċernata li jippermettilha tifhem il-portata tal-miżura meħuda kontriha — Ammissibbiltà ta’ motivazzjoni sommarja (Artikolu 296 TFUE; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni 2011/522PESK; Regolament tal-Kunsill Nru 442/2011, kif emendat bir-Regolament Nru 878/2011) (ara l-punti 95‑97)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/684/PESK, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 269, p. 33), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/782/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u [li] tħassar id-Deċiżjoni 2011/273/PESK (ĠU L 319, p. 56), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1011/2011, tat-13 ta’ Ottubru 2011, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 442/2011 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 269, p. 18), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, tat-18 ta’ Jannar 2012, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 442/2011 (ĠU L 16, p. 1), u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 410/2012, tal-14 ta’ Mejju 2012, li jimplementa l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 (ĠU L 126, p. 3), sa fejn isem ir-rikorrent jinsab fil-lista tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u, min-naħa l-oħra, talba għall-ħlas ta’ danni bħala kumpens għad-dannu mġarrab.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Issam Anbouba huwa kkundannat għall-ispejjeż.