Language of document : ECLI:EU:T:2013:638





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2013 – Przedsiębiorstwo Handlowe Medox Lepiarz Lepiarz vs UASI – Henkel (SUPER GLUE)

(Kawża T‑591/11)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva SUPER GLUE – Trade mark Benelux verbali preċedenti SUPERGLUE – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Proċedura – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tal-konvenuta (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(b)) (ara l-punt 20)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25-27)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark Komunitarja figurattiva SUPER GLUE u trade mark Benelux verbali SUPERGLUE (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 31, 33, 48, 53, 57, 60-62)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Koeżistenza ta’ trade marks preċedenti – Rikonoxximent ta’ ċertu ġrad ta’ karattru distintiv ta’ trade mark nazzjonali (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(b), u 8(1)(b), u (2)(a)(ii); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/95, Artikolu 3(1)(b); Direttiva tal-Kunsill 89/104, Artikolu 3(1)(b)) (ara l-punti 36-44)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Settembru 2011 (Każ R 1147/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Henkel Corp. u Przedsiębiorstwo Handlowe Medox Lepiarz Jarosław Lepiarz Alicja sp. j.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Przedsiębiorstwo Handlowe Medox Lepiarz Jarosław Lepiarz Alicja sp. j. hija kkundannata għall-ispejjeż.