Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2014 – Syria International Islamic Bank vs Il-Kunsill

(Kawża T-293/12) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Oneru tal-prova – Talba għad-danni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Syria International Islamic Bank PJSC (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: G. Laguesse u J.-P. Buyle, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u D. Gicheva, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2012/544/PESK, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 165, p. 20, rettifika ĠU 2012, L 173, p. 27), u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/335/PESK, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 165, p. 80), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.DispożittivIr-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2012/544/PESK, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huwa annullat sa fejn dan jirrigwarda lil Syria International Islamic Bank PJSC.Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/335/PESK, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, hija annullata sa fejn din tirrigwarda lil Syria International Islamic Bank.It-talba għad-danni hija miċħuda bħala inammissibbli.Syria International Islamic Bank għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha stess.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll tliet

kwarti ta’

dawk esposti minn Syria International Islamic Bank.