Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ġunju 2016 – Magic Mountain Kletterhallen et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-162/13) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna għall-kostruzzjoni u għall-operat ta’ ċentri ta’ tixbit ta’ Deutscher Alpenverein eV – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern – Skema ta’ għajnuna – Analiżi ekonomika iktar bir-reqqa – Karenza fis-suq – Għan leġittimu ta’ interess ġenerali – Artikolu 108(2) u (3) TFUE – Diffikultajiet serji”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja

Partijiet

Rikorrenti: Magic Mountain Kletterhallen GmbH (Berlin, il-Ġermanja), Kletterhallenverband Klever eV (Leipzig, il-Ġermanja), Neoliet Beheer BV (Son, il-Pajjiżi l-Baxxi) u Pedriza BV (Haarlem, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment M. von Oppen, A. Gerdung u R. Dreblow, sussegwentement, M. von Oppen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Deutscher Alpenverein eV (München, il-Ġermanja), u Deutscher Alpenverein, Sektion Berlin eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Geulen, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 8761 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33952 (2012/NN) — il-Ġermanja, ċentri ta’ tixbit tad-Deutscher Alpenverein

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud

Magic Mountain Kletterhallen GmbH, Kletterhallenverband Klever eV, Neoliet Beheer BV u Pedriza BV għandhom ibatu in solidum l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll l-ispejjeż tagħhom stess.

Deutscher Alpenverein eV u Deutscher Alpenverein, Sektion Berlin eV, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

____________

1 ĠU C 147, 25.5.2013.