Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2021 – MCM Products vs EUIPO – The Nomad Company (NOMAD)

(Kawża T-285/20) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea NOMAD – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru distintiv – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: MCM Products AG (Zurich, l-Isvizzera) (rappreżentant: S. Eichhammer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kondás u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Nomad Company BV (Zevenaar, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: S. Tigu, avukata)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Marzu 2020 (Każ R 854/2019-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn MCM Products u The Nomad Company.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

MCM Products AG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 222, 6.7.2020.