Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta Diċembru 2010 - Trenzas y Cables de Acero vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-577/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Trenzas y Cables de Acero PSC, SL (Santander, Spanja) (rappreżentanti: F. González Díaz, avukat, A. Tresandi Blanco, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2010) 6676 finali, tat-30 ta' Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni C(2010) 4387, tat-30 ta' Ġunju 2010, fil-Każ COMP/38344 - Azzar għall-prekompressjoni;

sussidjarjament, tannulla, skont l-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2010) 6676 finali, tat-30 ta' Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni C(2010) 4387 finali, tat-30 ta' Ġunju 2010, fil-Każ COMP/38344 - Azzar għall-prekompressjoni, sa fejn dan jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni peress li ma applikatax għar-rikorrenti t-terminu supplementari mogħti għall-ħlas tal-multa lil TYCSA PSC, kif ukoll sa fejn hija effettwata minn nuqqas ta' motivazzjoni, u

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk diġà invokati fil-Kawża T-575/10, Moreda-Riviere Trefilerías vs Il-Kummissjoni.

____________