Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Consiglio di Stato - l-Italja) – Hera Luce Srl vs Comune di Trieste, City Green Light Srl, Edison Next Government Srl
(Kawża C-407/23 1 , Hera Luce)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rekwiżit ta’ preżentazzjoni ta’ kuntest fattwali u regolamentari tal-kawża prinċipali kif ukoll tar-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domanda preliminari – Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti – Inammissibbiltà manifesta)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Hera Luce Srl
Konvenuti: Comune di Trieste, City Green Light Srl, Edison Next Government Srl
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja), permezz tad-deċiżjoni tas-7 ta’ Ġunju 2023, hija manifestament inammissibbli.
____________
1 Data tal-preżentata: 3.7.2023.