Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Marzu 2023 – Kirov vs EUIPO – Pasticceria Cristiani (CRISTIANI)
(Kawża T-149/23)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Georgi Kirov (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: J. Matzner, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pasticceria Cristiani Sas di Sergio Cristiani & C. (Livorno, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “CRISTIANI” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 498 381
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Jannar 2023 fil-Każ R 835/2022-1
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;
tikkundanna lill-konvenut u lill-intervenjent għall-ispejjeż.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;
Ksur tal-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________