Language of document :

Rikors ippreżentat fis17 ta’ Novembru 2023 – Bella Tawziaa II vs EUIPO – Reda Belkheir (ELSEBAE 4011 B552)

(Kawża T1085/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Bella Tawziaa II SLU (Marbella, Spanja) (rappreżentanti: A. Sanz Cerralbo, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Reda Belkheir (Alicante, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ELSEBAE 4011 B552 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 286 446

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal24 ta’ Awwissu 2023 fil-Każ R 1122/2022–2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, billi tirrifjuta l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 286 446;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________