Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Novembru 2023 – Fresh Tropical vs EUIPO – Altunyaldiz (AlìBabà)

(Kawża T-1082/23)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fresh Tropical Srl by Jawad (Seveso, l-Italja) (rappreżentanti: G. Nosengo u V. Liebermann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alper Altunyaldiz (Mainz, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea AlìBabà – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 933 232

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Settembru 2023 fil-Każijiet magħquda R 418/2023-4 u R 427/2023-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn instab li t-trade mark inkwistjoni hija kompletament inammissibbli f’dak li jirrigwarda l-prodotti kollha;

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati ma din il-proċedura u tordnalhom jirrimborsaw lir-rikorrenti l-ispejjeż kollha li hija sostniet f’din il-proċedura u fil-proċedimenti preċedenti.

Motiv(i) invokat(i)

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________