Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2023 – Pollen + Grace vs EUIPO – Grace Foods (POLLEN + GRACE)

(Kawża T-41/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea POLLEN + GRACE – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea Grace – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Pollen + Grace Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Johnson, barrister, u L. Buckley, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zajfert, M. Eberl u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Grace Foods Ltd (Castries, Santa Luċija)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Diċembru 2022 (Każ R 1815/2021-4).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Pollen + Grace Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 112, 27.3.2023.