Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Novembru 2013 – Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI – A. Weber (JETROC)
(Kawża T-588/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG (Gladbeck, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: A. Weber SA (Rouhling, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-10 ta’ Ġunju 2013 fil-Każ R 257/2013-2 u
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “JETROC” għal prodotti fil-klassijiet 1, 17 u 19 – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 940 180 li tirreferi għall-Unjoni Ewropea
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrentiMotivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: probabbiltà ta’ konfużjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 53(1)(a) u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark KomunitarjaDeċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħudaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja