Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2013 – Isotis vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-562/13)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Koinonia tis Pliroforias Anoichti stis Eidikes Anagkes – ISOTIS (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: S. Skliris, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tikkonstatata li, meta talbet mingħand ir-rikorrenti l-ammont ta’ EUR 47 197.93 li l-Kummissjoni ħallset fil-kuntest tal-kuntratt 238940 REACH 112, il-Kummissjoni kisret il-kuntratt kontenzjuż,

tikkonstata li r-rikorrenti ma hijiex responsabbli għar-rimbors tal-ammont imsemmi iktar ’il fuq imħallas mill-Kummissjoni,

tikkonstata li, fi kwalunkwe każ, id-dejn imsemmi iktar ’il fuq mitlub mill-Kummissjoni, għall-ammont ta’ EUR 13 821.12, huwa infondat,

tikkonstata li l-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti tal-FP6 ma japplikawx fil-kuntest tal-kuntratt 238940 REACH 112 u li, konsegwentement, fil-kuntest tal-kuntratt kontenzjuż, ir-rikorrenti bl-ebda mod ma hija responsabbli għal kwalunkwe ammont bħala kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa,

tikkonstata li, meta ddikjarat l-intenzjoni tagħha li titlob kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa taħt il-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratti FP6, il-Kummissjoni kisret il-kuntratt inkwistjoni 238940 REACH 112,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn ta’ dan ir-rikors, ibbażat parzjalment fuq il-klawżola tal-arbitraġġ tal-kuntratt kontenzjuż u min-naħa l-oħra fuq id-dritt Belġjan, li għalih jirreferi l-kuntratt inkwistjoni, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.1.    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur mill-Kummissjoni ta’ bona fide u ta’ użanzi ta’ kummerċ ġusti. B’mod iktar partikolari, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni talbet ammonti differenti mingħajr ma ressqet motiv preċiż u speċifiku dwar il-mertu ta’ tali pretensjonijiet, u li l-aġir kuntrattwali tagħha huwa kuntrarju għad-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li n-nuqqas tal-Kummissjoni li twettaq l-obbligi kuntrattwali tagħha jirriżulta wkoll mill-intenzjoni tagħha li tinforza d-drittijiet skont il-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għal tip ieħor ta’ kuntratti (FP6), li huma differenti minn dawk li japplikaw għall-kuntratt kontenzjuż REACH 112 (PCI).2.    It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu II.28, punti 1 u 5, tal-kuntratt 238940 REACH 112. B’mod iktar speċifiku, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni għandha pretensjonijiet mingħajr ma sar kontroll minn qabel fil-kuntest tal-kuntratt kontenzjuż u li hija invoka

t f’termini ġenerali u astratti rapport ta’ verifika li ma jikkonċernax il-kuntratt kontenzjuż REACH 112.3.    It-tielet motiv, invokat sussidjarjament, huwa bbażat fuq il-mala fide u natura abużiva tal-pretensjoni tal-Kummissjoni.