Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' Frar 2008 - Base vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-295/06)1

("Rikors għal annullament - Telekomunikazzjonijiet - Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE - Suq bl-ingrossa tat-terminazzjoni ta' sejħa telefonika bil-vuċi fuq in-netwerks mobbli individwali fil-Belġju - Saħħa sinjifikattiva fis-suq - Ittra ta' kummenti tal-Kummissjoni - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Nuqqas ta' interess dirett - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Base NV (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Verheyden, Y. Desmedt u F. Bimont, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, M. Shotter u K. Mojzesowicz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni ta' l-4 ta' Awwissu 2006, indirizzata lill-Institut belge des services postaux et des télécommunications u li fiha jinsabu kummenti, magħmula skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta' Marzu 2002, dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva "Kwadru") (ĠU L 108, p. 33), dwar abbozz ta' deċiżjoni notifikat mill-imsemmi istitut (Każ BE/2006/0433).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Base NV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni.

Mobistar SA u r-Renju ta' l-Olanda għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 310, 16.12.2006.