Language of document :

Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-TieniAwla) tat-30 ta' Settembru 2010 - Torijano Montero vs Il-Kunsill

(Kawża F-76/05) 1

"Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Kandidati mniżżla f'lista ta' riżerva ta' kompetizzjoni ppubblikata qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda - Klassifikazzjoni fil-grad b'applikazzjoni ta' regoli ġodda inqas favorevoli - Artikolu 5 tar-Regolamenti tal-Persunal - Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolament tal-Persunal - Prinċipju ta' aspettattivi leġittimi - Dmir ta' premura - Proporzjonalità"

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Javier Torijano Montero (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment S. Rodrigues u A. Jaume, avukati, sussegwentement S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u I. Sulce, aġenti)

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tikklassifika lir-rikorrent, imniżżel f'lista ta' riżerva qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, b'applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet inqas favorevoli minn ta' dawn [Artikolu 12 tal-Anness XIII tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal]

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 281, 12/11/2005, p. 23. (Kawża inizjalment irreġistrata quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza tal-Komunitajiet Ewropej [li saret il-Qorti Ġenerali] bin-numru T-302/05 u ttrasferita quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea b'digriet tal-15.12.2005).