Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Lulju 2021 – Griba vs OCVV (Stark Gugger)

(Kawża T-181/20) 1

(“Varjetajiet ta’ pjanti – Talba għal drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ tuffieħ Stark Gugger – Eżami tekniku – Post tat-test – Ugwaljanza fit-trattament - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Griba Baumschulgenossenschaft landwirtschaftliche Gesellschaft (Terlano, l-Italja) (rappreżentant: G. Würtenberger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (rappreżentanti: M. Ekvad, O. Lamberti u F. Mattina, apenti, assistiti minn A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell taċ-CPVO tal-24 ta’ Jannar 2020 (Każ A 008/2018), dwar applikazzjoni għal protezzjoni Komunitarja tal-varjetajiet ta’ pjanti għall-varjetà ta’ Stark Gugger.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Griba Baumschulgenossenschaft landwirtschaftliche Gesellschaft hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 191, 8.6.2020.