Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ Settembru 2014 – Scooters India vs UASI – Brandconcern (LAMBRETTA)
(Kawża T‑132/12)
“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark Komunitarja verbali LAMBRETTA – Użu ġenwin mit-trade mark – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”
1. Trade mark Komunitarja – Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni – Eżami tal-oppożizzjoni – Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti – Użu ġenwin – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 15(1)) (ara l-punti 16, 25)
2. Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-Uffiċċju – Eżami mill-Bord tal-Appell – Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 76) (ara l-punt 24)
Suġġett
| Rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Jannar 2012, (Każ R 2308/2010‑1) dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Brandconcern BV u Scooters India Ltd. |
Dispożittiv
1) | | Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-12 ta’ Jannar 2012, (Każ R 2308/2010‑1) hija annullata. |
2) | | L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk sostnuti minn Scooters India Ltd, inkluż għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell. |
3) | | Brandconcern BV għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha. |