Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta' Settembru 2012 - TI Media Broadcasting u TI Media vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-501/10) 

("Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Suq Taljan tat-televiżjoni bi ħlas - Deċiżjoni li temenda l-impenji annessi ma' deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim ŻEE - Sejħa għal offerti għall-għoti ta' frekwenzi ta' televiżjoni diġitali terrestri fl-Italja - Tmiem tal-iskop tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Telecom Italia Media Broadcasting Srl (TI Media Broadcasting) (Ruma, l-Italja); u Telecom Italia Media SpA (TI Media) (Ruma) (rappreżentanti: B. Caravita di Toritto, L. Sabelli, F. Pace u A. d'Urbano, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Gencarelli u P. Manzini, sussegwentement L. Malferrari u J. Bourke, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Sky Italia Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: F. González Díaz u F. Salerno, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4976 finali, tal-20 ta' Lulju 2010, li temenda l-impenji annessi ma' deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/M.2876).

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq l-ewwel u r-raba' talba.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1 - ĠU C 346, 18.12.2010.