Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Braşov (ir-Rumanija) fl-10 ta’ Mejju 2021 – S.C. Techno-Gaz K.F.T. PAKS vs U.A.T. Comuna Dalnic

(Kawża C-298/21)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Braşov

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: S.C. Techno-Gaz K.F.T. PAKS

Konvenut: U.A.T. Comuna Dalnic

Domanda preliminari

Il-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi kif previst fl-Artikolu 56 Trattat FUE, l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi 1 , kif ukoll il-prinċipji ta’ kompetizzjoni ħielsa u ġusta bejn operaturi ekonomiċi u ta’ proporzjonalità, li huma speċifiċi għad-dritt tal-Unjoni Ewropea, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kuntratti pubbliċi, bħar-regola Rumena li tinsab fl-Artikolu 96(1) tal-Hotărârea Guvernului (id-Digriet tal-Gvern) Nru 925/2006, li tipprevedi li, jekk partijiet mill-kuntratt pubbliku għandhom jitwettqu minn subappaltatur wieħed jew iktar, il-kuntratti ppreżentati għandhom ikunu konformi mal-offerta u għandhom jiġu annessi mal-kuntratt pubbliku, interpretata fis-sens li s-servizzi subappaltati għandhom ikollhom l-istess valur / l-istess prezz bħal dak stipulat fil-kuntratt prinċipali għal dawn is-servizzi?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.