Language of document : ECLI:EU:T:2013:295

Kawża T-65/11

Recombined Dairy System A/S

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Unjoni doganali — Importazzjoni ta’ konċentrati ta’ lattoglobulina minn New Zealand — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Talba għal maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni — Artikolu 220(2)(b) u Artikolu 236 tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ Ġunju 2013

1.      Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Rimbors jew maħfra tad-dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni — Eċċezzjoni — Interpretazzjoni stretta

(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikoli 220(2)(b), u 239)

2.      Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni — Kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92 — Natura kumulattiva

(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 220(2)(b))

3.      Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea — Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni — Kundizzjonijiet ta’ nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni msemmija fl-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92 — Żball tal-awtoritajiet kompetenti stess — Assenza ta’ għoti ta’ informazzjoni tariffarja li torbot – Assenza ta’ effett

(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 220(2)(b))

4.      Unjoni doganali — Applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni doganali — Prodotti kklassifikati taħt l-istess intestatura tariffarja — Aspettattivi leġittimi tal-persuna responsabbli għall-ħlas tad-dazju — Kummissjoni li ma tatx informazzjoni tariffarja li torbot li tikkonferma din il-klassifikazzjoni — Assenza ta’ effett

(Regolament tal-Kunsill Nru 2913/92, Artikolu 220(2)(b); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2454/93, Artikolu 871(5))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 22)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 23)

3.      Skont l-Artikolu 220(2)(b) tar-Regolament Nru 2913/92, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitqiesu li wettqu żball meta huma ma jkunu qajmu ebda oġġezzjoni dwar il-klassifikazzjoni tariffarja tal-merkanzija mwettqa mill-operatur ekonomiku fid-dikjarazzjonijiet doganali tiegħu u li dawn id-dikjarazzjonijiet kien fihom l-informazzjoni fattwali kollha neċessarja għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni, b’mod li kontroll ulterjuri li jistgħu jagħmlu l-awtoritajiet kompetenti ma jistax jiżvela element ġdid. Dan huwa, b’mod partikolari, il-każ meta d-dikjarazzjonijiet doganali kollha ppreżentati mill-operatur ekonomiku jkunu ġew ikkompletati, fejn kienu jsemmu, b’mod partikolari, l-indikazzjoni tal-merkanzija skont l-ispeċifikazzjonijiet tan-Nomenklatura maġenb l-intestatura tariffarja ddikjarata, u meta l-importazzjonijiet inkwistjoni kienu ta’ ċerta numru u li seħħew matul perijodu relattivament twil mingħajr ma l-intestatura tariffarja tkun ġiet ikkontestata.

L-imsemmi Artikolu 220(2)(b) li jagħti lok għal nuqqas ta’ rkupru a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni f’każ ta’ żball imwettaq mill-awtoritajiet doganali, japplika wkoll f’sitwazzjonijiet fejn ir-rikorrenti ma tkunx proprjetarja jew ma kinitx talbet informazzjoni tariffarja li torbot. Fil-fatt, il-fatt li r-rikorrenti ma talbitx informazzjoni tariffarja li torbot għall-prodotti kkonċernati ma jfissirx, għaldaqstant, li l-awtoritajiet doganali ma wettqux żball.

(ara l-punti 24, 25, 27)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 33)