Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Jannar 2011 - Run2Day Franchise vs UASI - Runners Point (Run2)

(Kawża T-64/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Run2Day Franchise (Utrecht, il-Pajjizi l-Baxxi) (rappreżentant: H.J. Koenraad, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Runners Point Warenhandels GmbH (Recklinghausen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta' Novembru fil-Każ R 349/2010-1;

tordna lill-konvenut, u, jekk ikun applikabbli, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, biex ibatu l-ispejjeż tal-proċeduri;

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appelll

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "Run2", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6517502

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir- reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3800448 tat-trade mark verbali "RUN2DAY", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 28 u 35; ir-reġistrazzjni tat-trade mark Komunitarja Nru 3832458 tat-trade mark figurattiva fil-kuluri "RUN2DAY", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 28 u 35; ir-reġistrazzjoni fil-Benelux tat-trade mark Nru 811897 tat-trade mark figurattiva bil-kulur "RUN2DAY", għal prodotti u servizzi fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u l-oppożizzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell evalwa b'mod żbaljat li ma kienx hemm il-probabbiltà ta' konfużjoni.

____________