Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Marzu 2024 – BSW – management company of “BMC” holding vs Il-Kunsill

(Kawża T-258/22) 1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni –Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Bjelorussja – Projbizzjonijiet fuq l-importazzjoni, ix-xiri, it-trasport u l-provvista ta’ prodotti u ta’ servizzi fis-settur tal-prodotti tal-azzar mill-Bjelorussja – Obbligu ta’ motivazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Użu ħażin ta’ poter – Proporzjonalità – Dritt għall-proprjetà – Libertà ta’ impriża”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: AAT Byelorussian Steel Works – management company of “Byelorussian Metallurgical Company” holding (BSW – management company of “BMC” holding) (Jlobine, il-Bjelorussja) (rappreżentanti: N. Tuominen u L. Engelen, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Rebasti u A. Boggio-Tomasaz, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Carpus Carcea u J. Norris, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/356 tat-2 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU 2022, L 67, p. 103), u, min-naħa l-oħra, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/355 tat-2 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU 2022, L 67, p. 1, rettifika fil-ĠU 2022, L 189, p. 24), sa fejn jikkonċernawha.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

AAT Byelorussian Steel Works – management company of “Byelorussian Metallurgical Company” holding (BSW – management company of “BMC” holding) hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 257, 4.7.2022.