Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta' Mejju 2010 - Graf-Syteco vs UASI - Teco Electric & Machinery (SYTECO)

(Kawża T-229/10)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Graf-Syteco GmbH & Co. KG (Tuningen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Kiesek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Teco Electric & Machinery Co. Ltd (Tajpei, it-Tajwan)

Talbiet tar-rikorrenti

tibdel id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta' Frar 2010, fil-Każ R 230/2009-1, b'tali mod li tiġi rrifjutata l-oppożizzjoni Nru B 1.112.889, tal-5 ta' Frar 2007, ibbażata fuq it-trade mark verbali u figurattiva Ġermaniża Nru 30.327.439, it-trade mark verbali u figurattiva Brittanika u tal-Irlanda ta' Fuq Nru 233.226, it-trade mark verbali u figurattiva tal-Benelux Nru 742.535 u t-trade mark verbali u figurattiva Spanjola Nru 2.545.860 TECO.

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta' Frar 2010, fil-Każ R 230/2009-1.

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali "SYTECO" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 37 u 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Teco Electric & Machinery Co. Ltd.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: erba' trade marks figurattivi nazzjonali li jinkludu l-element verbali "TECO", għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 11

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, peress li ma teżistix probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti.

____________

1 - Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).