Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2023 – AR vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1147/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AR (rappreżentant: M. Conil-Séon, avukata)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-31 ta’ Jannar 2023;

tikkundanna lill-konvenuta tirrimborsa lir-rikorrent fl-ammont ta’ EUR 5000 ex aequo et bono;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha ta’ din l-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-31 ta’ Jannar 2023, li ma tinkludix l-isem tar-rikorrent fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/376/20 – Ġuristi Lingwisti tal-Lingwa Griega, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq it-telf ta’ opportunità ta’ ksib ta’ punti ogħla tal-eżami ta’ traduzzjoni minħabba li seħħet irregolarità fil-komunikazzjoni ta’ istruzzjonijiet.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball materjali u fuq ksur tal-ugwaljanza bejn il-kandidati fl-assenza tat-teħid inkunsiderazzjoni tal-punti tal-eżami QCM fil-marka globali tar-rikorrent.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u tal-assigurazzjonijiet multipli li huwa kien għadda mill-eżamijiet preliminari.

____________