Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta' Diċembru 2011 - Vuitton Malletier vs UASI - Friis Group International (Rappreżentazzjoni ta' mekkaniżmu ta' sokra)

(Kawża T-237/10) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Nuqqas ta' karattru distintiv miksub bl-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 "]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Louis Vuitton Malletier SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, M. Boletto u E. Gavuzzi, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Friis Group International ApS (Kopenħagen, id-Danimarka) (rappreżentant : C. Type Jardorf, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta' Frar 2010 (Każ R 1590/2008-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Friis Group International Aps u Louis Vuitton Malletier.

Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-24 ta' Frar 2010 (Każ R 1590/2008-1), hija annullata sa fejn hija ddikjarat invalida t-trade mark Komunitarja Numru 3 693 116 għall-"ġojjelli", inkluż ċrieket, ħoloq taċ-ċwievet, bokkli u msielet, pulzieri, brazzuletti, ornamenti, labar, ġiżirajjen, labar tal-ingravati, dekorazzjonijiet, medaljuni; arloġġerija u instrumenti u apparat kronometriċi, inkluż arloġġi, kaxxi ta' arloġġi, żveljarini; għodda għat-tiksir tal-ġewż magħmula b'metall prezzjuż, il-liġi tagħhom jew miksija bihom, gandlieri magħmula b'metall prezzjuż, il-ligi tagħhom jew miksija bihom" fil-klassi 14 u l-prodotti "ġilda u imitazzjonijiet tal-ġilda" u "umbrellel" fil-klassi 18.

2)    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)    Louis Vuitton Malletier, Friis Group International ApS u l-UASI għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom sostnuti matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

____________

1 - ĠU C 209, 31.7.2010.