Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Marzu 2024 – Bouwbenodigdheden Hoogeveen vs EUIPO – Pürschel (BIENENBEISSER)
(Kawża T-144/24)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Bouwbenodigdheden Hoogeveen BV (Hoogeveen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: H. Roerdink, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sören Pürschel (Frankfurt, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “BIENENBEISSER” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 8 714 834
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Jannar 2024 fil-Każ R 793/2023-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata sa fejn it-trade mark inkwistjoni ġiet parzjalment irrevokata għall-prodotti fil-Klassi 19;
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 33(7) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________