Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2014 – Deutsche Bank vs UASI (Leistung aus Leidenschaft)

(Kawża T-539/11) 1

(“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Leistung aus Leidenschaft – Trade mark li hija kkostitwita minn slogan ta’ reklamar– Raġunijiet assoluti għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Ugwaljanza fit-trattament – Obbligu ta’ motivazzjoni – Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Bank AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Lange, T. Götting u G. Hild, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Awwissu 2011 (Każ R 188/2011-4), li tirrigwarda applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Leistung aus Leidenschaft bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Deutsche Bank AG hija kkundannata għall-ispejjeż.