Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2013 – Leder & Schuh International vs UASI - Epple (VALDASAAR)

(Kawża T-519/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Leder & Schuh International AG (Salzburg, l-Awstrija) (rappreżentant: S. Korn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Valerie Epple (Bronnen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell, tiċħad l-oppożizzjoni u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell kif ukoll tal-proċedura quddiem il-qorti tal-Unjoni Ewropea

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “VALDASAAR” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 18, 25 u 35 ‒ Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 591 249

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Valerie Epple

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “Val d’Azur” għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell parzjalment miċħud

Motivi invokati: ksur tar-Regolament Nru 207/2009, peress li ma teżisti ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni