Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ottubru 2015 – Éditions Quo Vadis vs UASI – Gómez Hernández (“QUO VADIS”)

(Kawża T-517/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali “QUO VADIS” – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti QUO VADIS – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Éditions Quo Vadis (Carquefou, Franza) (rappreżentanti: F. Valentin u J. Canlorbe, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Francisco Gómez Hernández (Jacarilla, Spanja)SuġġettRikors kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1166/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Francisco Gómez Hernández u l-Éditions Quo Vadis.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.L-Éditions Quo Vadis huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 352, 30.11.2013.