Language of document : ECLI:EU:T:2015:816





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2015 –
Éditions Quo Vadis vs UASI – Gómez Hernández (“QUO VADIS”)

(Kawża T‑517/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ‘QUO VADIS’ – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti QUO VADIS – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punt 22)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Kundizzjonijiet – Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti – Dannu lill-karattru distintiv jew lir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 23, 25-27, 41 u 42)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Trade marks verbali “QUO VADIS” u QUO VADIS (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 28-40, 43 u 44)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1166/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Francisco Gómez Hernández u l-Éditions Quo Vadis.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L-Éditions Quo Vadis huma kkundannati għall-ispejjeż.