Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Settembru 2011 - Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-511/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues, J. Gstalter u J. Rossi, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Bir-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali sabiex tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru C (2011) 4973 finali tat-13 ta' Lulju 2011 dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru C 46/2003 dwar il-kontribuzzjonijiet favur l-Association nationale interprofessionnelle du bétail et des viandes (Interbev). Il-Kummissjoni qieset li l-kontribuzzjonijiet volontarji magħmula obbligatorji, miġbura minn Interbev, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat kompatibbli mas-suq intern.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi fejn l-ewwel wieħed huwa essenzjalment identiku jew simili għal dak invokat fil-kuntest tal-Kawża T-478/11, Franza vs Il-Kummissjoni.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur min-naħa tal-Kummissjoni tal-obbligu tagħha li tosserva terminu raġjonevoli fit-tmexxija tal-proċedura amministrattiva.

____________