Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Settembru 2011 - Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-509/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mohammad Makhlouf (Damas, is-Sirja) (rappreżentanti: C. Rygaert u G. Karouni, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2011/488/PESK, tal-1 ta' Awwissu 2011, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja f'dak li jirrigwarda lil Mohammad (magħruf bħala Muhammad) Makhlouf;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka seba' motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-383/11, Makhlouf vs Il-Kunsill 1.

____________

1 - ĠU C 282, 24.9.2011, p. 30.