Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 18 taʼ April 2013 – Peek & Cloppenburg vs UASI – Peek & Cloppenburg (Peek & Cloppenburg)

(Kawża T-507/11) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Peek & Cloppenburg – Denominazzjoni kummerċjali nazzjonali preċedenti Peek & Cloppenburg – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009ˮ]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Peek & Cloppenburg KG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment S. Abrar, sussegwentement P. Lange, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent))

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Peek & Cloppenburg (Hambourg, il-Ġermanja) (rappreżentanti : A. Renck, V. von Bomhard, T. Heitmann, M. Petersenn, avukati, u I. Fowler, solicitor)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 taʼ Frar 2011 (Każ R 262/2005-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Peek & Cloppenburg u Peek & Cloppenburg KG.Dispożittiv1)    Ir-rikors huwa miċħud.2)    Peek & Cloppenburg KG hija kkundannata għall-ispejjeż.