Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-13 ta’ Novembru 2020 – UE vs ShareWood Switzerland AG und VF

(Kawża C-595/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: UE

Parti oħra fil-proċedura: ShareWood Switzerland AG, VF

Domanda preliminari

L-Artikolu 6(4)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt ta’ bejgħ ta’ siġar teak u balsa konkluż bejn impriża u konsumatur li huwa intiż sabiex jittrasferixxi l-proprjetà tas-siġar bil-ħsieb li dawn is-siġar jiġu ġestiti, maħsuda u mibjugħa bi profitt, u li jinkludi, għal dan l-iskop, ftehim ta’ kiri u ftehim ta’ servizzi, għandu jitqies li huwa “kuntratt relatat ma’ dritt in rem fuq proprjetà immobbli jew ma’ kiri ta’ proprjetà immobbli” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni?

____________

1 ĠU 2008 L 177, p. 6, rettifika fil-ĠU 2009 L 309, p. 87.