Rikors ippreżentat fl-1 taʼ Marzu 2013 - Vicente Gandia Pla vs UASI- Tesco Stores (MARQUES DE CHIVÉ)
(Kawża T-128/13)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Vicente Gandia Pla, SA (Chiva, Spanja) (rappreżentant: I. Temiño Ceniceros, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Tesco Stores Ltd (Cheshunt, ir-Renju Unit)
Talbiet tar-rikorrenti
tiddikjara ammissibbli dan l-appell u d-dokumenti mehmuża;
tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell;
tikkundanna lill-UASI u l-intervenjenti għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva"MARQUES DE CHIVE" għal prodotti fil-klassijiet 29, 32 u 33 - reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 9 571 415
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti qudiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni fir-Renju Unit Nru 1 520 720 tat-trade mark figurattiva"MARQUES DE CHIVE" għal prodotti fil-klassi 33
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għal prodotti fil-klassi 33 miċħuda minħabba nuqqas ta' użu ġenwin
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: id-deċiżjoni kkontestata annullata u l-applikazzjoni għal prodotti fil-klassi 33 miċħuda
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 42(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.
____________