Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Överklagandenämnden för studiestöd (l-Isvezja) fil-25 ta’ Novembru 2020 – MCM vs Centrala studiestödsnämnden

(Kawża C-638/20)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Överklagandenämnden för studiestöd.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MCM

Konvenut: Centrala studiestödsnämnden

Domanda preliminari

Jista’ Stat Membru (il-pajjiż ta’ oriġini), fir-rigward tal-wild ta’ ħaddiem migranti li rritorna, minkejja l-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament [Nru] 492/2011 1 , u b’teħid inkunsiderazzjoni tal-interessi baġitarji tal-pajjiż ta’ oriġini, jistabbilixxi rekwiżit li l-wild ikollu konnessjoni mal-pajjiż ta’ oriġini sabiex jagħti lil dan il-wild għajnuna finanzjarja għall-istudenti sabiex jistudja barra mill-pajjiż fl-Istat Membru l-ieħor tal-Unjoni Ewropea li fih il-ġenitur tal-wild ħadem preċedentement (il-pajjiż ospitanti), fejn

wara li rritorna mill-pajjiż ospitanti, il-ġenitur tal-wild għex u ħadem fil-pajjiż ta’ oriġini għal mill-inqas tmien snin;

il-wild ma akkumpanjax lill-ġenitur tiegħu lejn il-pajjiż ta’ oriġini, iżda baqa’ fil-pajjiż ospitanti sa mit-twelid, u

il-pajjiż ta’ oriġini jistabbilixxi l-istess rekwiżit ta’ konnessjoni għal ċittadini oħra fil-pajjiż ta’ oriġini li ma jissodisfawx ir-rekwiżit ta’ residenza u li japplikaw għal għajnuna finanzjarja għall-istudenti għal studji barra mill-pajjiż f’pajjiż ieħor fl-Unjoni?

____________

1 Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU 2011, L 141, p. 1).