Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fis-27 ta’ Diċembru 2023 – Högkullen AB v Skatteverket

(Kawża C-808/23, Högkullen)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellant: Högkullen AB

Appellat: Skatteverket

Domandi preliminari

Fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-valur taxxabbli, huwa kompatibbli mal-Artikoli 72 u 80 tad-Direttiva dwar il-VAT 1 , meta kumpannija omm tipprovdi lis-sussidjarji tagħha servizzi bħal dawk inkwistjoni f’din il-kawża, li dawn is-servizzi jitqiesu dejjem bħala servizzi uniċi li l-valur fis-suq miftuħ tagħhom ma jistax jiġi ddeterminat permezz ta’ paragun bħal dak previst fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 72 (ta’ din id-direttiva)?

Fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-valur taxxabbli, huwa kompatibbli mal-Artikoli 72 u 80 tad-Direttiva dwar il-VAT li jitqies li l-ispejjeż totali ta’ kumpannija omm, inklużi l-ispejjeż ta’ ġenerazzjoni ta’ kapital u l-ispejjeż tal-azzjonisti, jikkostitwixxu spejjeż sostnuti mill-kumpannija għall-provvista ta’ servizzi lis-sussidjarji tagħha, meta l-unika attività tal-kumpannija omm tkun il-ġestjoni attiva tas-sussidjarji tagħha u l-kumpannija omm tkun naqqset il-VAT kollha tal-input imħallsa fuq l-akkwisti tagħha?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).