Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (Ir-Repubblika Ċeka) fid-19 ta’ Settembru 2023 – Česká republika – Generální finanční ředitelství vs Úřad pro ochranu hospodářské soutěže

(Kawża C-578/23)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Česká republika – Generální finanční ředitelství

Konvenut: Úřad pro ochranu hospodářské soutěže

Domanda preliminari

Sabiex issir evalwazzjoni dwar jekk ġiex issodisfatt ir-rekwiżit sostantiv għall-użu tal-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ kuntratt, jiġifieri evalwazzjoni dwar jekk l-awtorità kontraenti ħolqotx sitwazzjoni ta’ esklużività bl-aġir tagħha, fis-sens tal-Artikolu 31(1)(b) tad-Direttiva 2004/18/KE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi ta’ liġi u ta’ fatt li taħthom ġie konkluż kuntratt dwar provvista ta’ servizz inizjali li ta lok għal kuntratti pubbliċi sussegwenti?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.