Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' April 2007 - Tebaldi et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-415/04)1

(Servizz pubbliku - Aġenti - Promozzjoni - Ezerċiżżju ta' promozzjoni 2003 - Ċaħda ta' promozzjoni- Attribuzzjoni ta' punti ta' promozzjoni - Inammissibbiltà manifesta)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Vittoria Tebaldi (Brussell, il-Belġju); Vicente Tejero Gazo (Tervuren, il-Belġju); Victor Gonzalez Martinez (Brussell, il-Belġju); u Alessandro Giovannetti (Ernster, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: iniżjalment G. Bounéou u F. Frabetti, u wara F. Frabetti, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: G. Berscheid u H. Kramer, agents)

Suġġett tal-kawża

Prinċipalment, talba għall-annullament tal-lista ta' aġenti promossi għal grad superjuri waqt l-eżerċizzju 2003, safejn din il-lista ma fihiex l-ismijiet tar-rikorrenti, kif ukoll ta' l-atti preparatorji ta' din id-deċiżjoni, u, sussidjarjament, tad-deċiżjoni dwar l-attribuzzjoni tal-punti ta' promozzjoni taħt l-eżerċiżżju ta' evalwazzjoni 2003.

Dispożittiv tad-Digriet

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 300 ta' l-4.12.2004.