Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2013 – Verband der Kölnisch-Wasser Hersteller, Köln vs UASI (Original Eau de Cologne)

(Kawża T-556/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Verband der Kölnisch-Wasser Hersteller, Köln eV (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schulte-Beckhausen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Awwissu 2013 (R 2064/2012-4);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tar-rikors u tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Original Eau de Cologne” għal prodotti fil-klassi 3 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 787 794

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b), (c) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.