Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Settembru 2011 - UCAPT vs Il-Kunsill

(Kawża T-96/09) 1

("Rikors ta' annullament - Politika agrikola komuni - Regoli ta' appoġġ għal bdiewa - Għajnuna għall-produzzjoni tat-tabakk - Regolament (KE) Nru 73/2009 - Nuqqas ta' interess individwali - Inamissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Union des coopératives agricoles des producteurs de tabac de France (UCAPT) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: B. Peignot u D.F. Garreau, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u P. Mahnič Bruni, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut : Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti : K. Banks u G. von Rintelen, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta' Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, p. 16).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

L-Union des coopératives agricoles des producteurs de tabac de France għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk l-ispejjeż marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

3)    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha

____________

1 - ĠU C 90. 18.04.2009.