Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-28 ta’ Settembru 2011 – UCAPT vs Il-Kunsill

(Kawża T-96/09)

“Rikors għal annullament – Politika agrikola komuni – Regoli ta’ appoġġ għal bdiewa – Għajnuna għall-produzzjoni tat-tabakk – Regolament (KE) Nru 73/2009 – Nuqqas ta’ interess individwali – Inamissibbiltà”

Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Possibbiltà li persuna tkun ikkonċernata individwalment minn deċiżjoni ta’ natura ġenerali - Kundizzjonijiet - Regolament li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni - Rikors ippreżentat mill-Unjoni tal-kooperattivi agrikoli tal-produtturi tat-tabakk fi Franza - Assenza ta’ interess individwali - Inammissibbiltà (ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 73/2009) (ara l-punti 29-33, 36, 40-43, 45)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006 u (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, p. 16).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

L-Union des coopératives agricoles des producteurs de tabac de France għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk l-ispejjeż marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.