Language of document : ECLI:EU:T:2009:103





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-3 ta’ April 2009 – UCAPT vs Il-Kunsill

(Kawża T-96/09 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Ksur tar-rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Rikors – Rekwiżiti proċedurali (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal‑Prim’Istanza, Artikolu 104(2) u (3)) (ara l-punti 9-11)

2.                     Proċeduri għall-miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 14, 15)

Suġġett

Talba għas-sospenzjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, p. 16).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.