Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal administratif de Dijon (Franza) fil-31 ta’ Marzu 2021 – M. X vs Préfet de Saône-et-Loire

(Kawża C-206/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Dijon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M. X

Konvenut: Préfet de Saône-et-Loire

Domanda preliminari

Il-punt (b) tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 7, kif ukoll il-paragrafu 4 tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2004/38/KE tad-29 ta’ April 2004 1 , billi jeżiġu assigurazzjoni għall-mard u riżorsi suffiċjenti sabiex ma jkunux ta’ piż fuq is-sistema ta’ għajnuna soċjali, jikkostitwixxu diskriminazzjoni indiretta […] għad-detriment ta’ persuni li, minħabba d-diżabbiltà tagħhom ma jistgħux jeżerċitaw attività professjonali jew jistgħu jeżerċitaw biss attività limitata jistgħu b’hekk ma jkollhomx għad-dispożizzjoni tagħhom riżorsi suffiċjenti sabiex jipprovdu għall-bżonnijiet tagħhom mingħajr ma jagħmlu użu sinjifikattiv jew saħansitra mhux raġonevoli mis-sistema ta’ għajnuna soċjali tal-Istat Membru li fih huma jirrisjedu?

____________

1 Direttiva 2004/38/KE tal-parlament ewropew u tal-kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).