Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Diċembru 2013 – TUI Deutschland vs UASI Infinity - Real Estate & Project Development (Sensimar)

(Kawża T-706/13)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: TUI Deutschland GmbH (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. von Schultz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Infinity Real Estate & Project Development GmbH (Rantum/Sylt, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Ottubru 2013, fil-Każ R 1476/2012-1;

tiċħad l-oppożizzjoni magħmula kontra l-applikazzjoni tar-rikorrenti għal trade mark Komunitarja Nru 7 212 889 u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellament u l-Bord tal-Appell, kif ukoll għal dawk sostnuti fil-kawża preżenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Sensimar” għal prodotti u servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 16, 25, 35 u 44 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru°7 212 889.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Infinity Real Estate & Project Development GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “SANSIBAR” għal prodotti u servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 16, 25, 35 u 44.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 53(1)(a) flimkien mal-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.