Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Ottubru 2010 - Bank Saderat Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-494/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bank Saderat Iran (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: S. Gadhia, S. Ashley, solicitors, D. Anderson, QC u R. Blakeley, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-paragrafu 5 tat-Tabella B tal-Anness tar-Regolament ta' implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010 1 sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti;

tannulla l-paragrafu 7 tat-Tabella B tal-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK 2 sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti;

tikkundanna l-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

F'dan il-każ ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tar-Regolament ta' implementazzjoni tal-Kunsill Nru 668/2010 u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK sa fejn ir-rikorrenti hija inkluża fil-lista ta' persuni ġuridiċi u naturali, entitajiet u korpi li l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tagħhom huma ffriżati skont din id-dispożizzjoni.

It-tliet motivi tar-rikorrenti huma identiċi jew simili għall-ewwel, it-tieni u l-ħames motivi li ressqet ir-rikorrenti fil-Kawża T-492/10 Melli Bank vs Il-Kunsill.

____________

1 - Regolament ta' implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 668/2010, tas-26 ta' Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 195, p. 25).

2 - Deċiżjoni tal-Kunsill, tas-26 ta' Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, ĠU 2010 L 195, p. 39.